Download lagu €680 MILJUN F’GĦAJNUNIET MINĦABBA L-PANDEMIJA FL-2021 Mp3

€680 MILJUN F’GĦAJNUNIET MINĦABBA L-PANDEMIJA FL-2021

Uploader: ONE News Malta

Duration: 3 Menit 28.00 detik

Fast Download



Klik kanan dan open LINK new Tab setelah proses convert selesai
Apabila tampil halaman iklan, tutup halaman tersebut Lalu klik kembali Tombol DOWNLOAD MP3/MP4

Deskripsi:

Title: €680 MILJUN F’GĦAJNUNIET MINĦABBA L-PANDEMIJA FL-2021
Contributing Artist: ONE News Malta
Album: €680 MILJUN F’GĦAJNUNIET MINĦABBA L-PANDEMIJA FL-2021 - Single
Date: 29 December 2021
Duration: 3 Menit 28.00 detik
Type of file: Audio MP3 (.mp3)
Audio Summary: mp3, 44100 Hz, stereo, s16p, 128 kb/s

ONE.COM.MT • L-għajnuna totali tal-Malta Enterprise fi skemi ewlenin minħabba l-pandemija, fosthom dik tal-Covid Wage Supplement, ammontat għal sitt mija u tmenin miljun ewro.
Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet li fiha ngħata rendikont ta’ kif intefqu dawn il-flus tant importanti biex l-ekonomija ta’ pajjiżna tibqa’ ddur fl-istess ħin li ma jintilfux impjiegi.
KITBA: SAMUEL LUCAS
FILMAT: MESD / ARKIVJI
L-iskema tal-Covid Wage Supplement għamlet tajjeb għall-paga ta’ 105,000 impjegat
L-assistenza kollha tal-Malta Enterprise din is-sena, li tinkludi l-iskema tal-Covid Wage Supplement flimkien ma’ għajnuniet bħal dawk tar-rifużjoni fuq il-kontijiet tad-dawl, l-iskema tat-teleworking u l-liv tal-kwarantina sa Diċembru, ammontat għal madwar sitt mija u tmenin miljun ewro.
Dan ħabbru l-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, Kurt Farrugia waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha ngħata rendikont tal-ħidma tal-Malta Enterprise tul is-sena elfejn u wieħed u għoxrin.
Sa Diċembru, għall-iskema tal-Covid Wage Supplement biss, intefqu sitt mija u tlieta u ħamsin miljun.
KURT FARRUGIA
KAP EŻEKUTTIV TAL-MALTA ENTERPRISE
“B’din l-iskema, il-Malta Enterprise assistiet iktar minn 17,000 negozju self employed u kumpaniji żgħar, ta’ daqs medju u kbar, li jissarrfu f’paga ta’ 105,000 impjegat li jaħdmu ġewwa Malta u allura din l-assistenza marret direttament għand il-ħaddiem.”
Huwa fakkar kif din l-għajnuna ġiet estiża sa Jannar li ġej għal dawk l-agħar milquta mill-pandemija.
Farrugia aċċenna wkoll għal għajnuna f’diversi skemi oħra tal-Malta Enterprise tul il-pandemija.
Ħamest elef negozju gawdew mill-iskema t’għajnuna ta’ rifużjoni tal-kirijiet, li bejniethom ħadu aktar minn tlettax-il miljun ewro f’assistenza.
Intefqu wkoll disa’ miljuni għall-iskema tal-liv tal-kwarantina.
KURT FARRUGIA
KAP EŻEKUTTIV TAL-MALTA ENTERPRISE
“Sa dan ix-xahar rajna madwar 16,000 applikazzjoni u l-assistenza li tajna laħħqet id-€9 miljuni sa issa. Ovvjament din hija skema li għadha miftuħa u qed nassistu businesses li l-ħaddiema tagħhom ikunu qegħdin kwarantina permezz ta’ assistenza diretta fuq il-paga ta’ dawk il-ħaddiema li jkunu qegħdin id-dar bi kwarantina.”
Għall-iskema ta’ rifużjoni tal-kontijiet tad-dawl li għadha fis-seħħ, kienu eliġibbli madwar sitt elef applikant u nħarġu aktar minn seba’ miljun ewro f’assistenza.
Għall-iskema tat-teleworking kienu eliġibbli madwar erbat elef impjegat u nħarġu aktar minn miljun ewro biex jassisstu lin-negozji jħaddmu s-sistemi biex isir ix-xogħol mid-dar.
Il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli, Miriam Dalli rrimarkat kif matul l-agħar tal-pandemija, il-Gvern wiegħed li mhu se jħalli lil ħadd waħdu u kien b’hekk li issa kompla jestendi l-iskema tal-Covid Wage Supplement sal-aħħar ta’ Jannar.
Hija fakkret f’għajnuniet oħra li tħabbru din is-sena, fosthom l-estensjoni biex aktar negozji jgawdu minn sussidju li jkopri nofs il-kirja tagħhom li tintuża għall-ħażna.
Dan speċjalment quddiem il-kriżi globali tal-prezzijiet tat-trasportazzjoni.
Quddiem din l-isfida u oħrajn, bħal dik taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u l-fjuwil, il-Ministru qalet li Gvern Laburista qed jibqa’ jkun ta’ għajnuna.
MIRIAM DALLI
MINISTRU
“Madwar iż-żona Ewro per eżempju, il-prezz tal-elettriku sa tmiem Novembru żdied bi 18% u fi Spanja żdied b’47%. Però dan mhux il-każ għan-negozji u l-konsumaturi Maltin u Għawdxin u dawn l-affarijiet juru kif fi żmien eċċezzjonali bħal dak li qed ngħixu fih illum jirrikjedi sett ta’ miżuri differenti li wasslu biex minkejja l-pandemija Malta għandha l-anqas ammont ta’ nies qiegħda fl-istorja ta’ pajjiżna.”
Download Lagu Gratis €680 MILJUN F’GĦAJNUNIET MINĦABBA L-PANDEMIJA FL-2021 di Gudang Lagu - Lagu456, Download Lagu €680 MILJUN F’GĦAJNUNIET MINĦABBA L-PANDEMIJA FL-2021 Mp3 - Lagu Terbaru. Download Lagu €680 MILJUN F’GĦAJNUNIET MINĦABBA L-PANDEMIJA FL-2021 ,Download Video €680 MILJUN F’GĦAJNUNIET MINĦABBA L-PANDEMIJA FL-2021 3gp Mp4
Click to Install Lagu456.vip